Kif Jaħdem
Minn donazzjoni għal tnaqqis tal' ħela tal-ikel. Araw kif.
Irreġistra issa ħalli tibda tirċievi b'xejn, ikel ta' kwalità għall-organizzazzjoni tiegħek u l-individwi u familji li tgħinu. Meta tagħmel hekk, tkun qed tgħin biex titnaqqas il-ħela ta' ikel, kif ukoll tkun qed tgħin lill-komunità lokali.
Id-donaturi se jnkunu qed iniżżlu prodotti u jindikaw l-ammont u l-post minn fejn jinġabru. Il-benefiċjarji se jkunu jistgħu jaraw x'qed jiġi offrut u jirriżervaw ikel fil-fiċin tagħhom. Imbagħad imorru jiġbruh direttament mid-donatur.
Id-donaturi se jnkunu qed iniżżlu prodotti u jindikaw l-ammont u l-post minn fejn jinġabru. Il-benefiċjarji se jkunu jistgħu jaraw x'qed jiġi offrut u jirriżervaw ikel fil-fiċin tagħhom. Imbagħad imorru jiġbruh direttament mid-donatur.
Dwarna
Il-"Food Connect Project-Connecting Food Systems in Southern Europe" hu inizjattiva kofinanzjata mill-LIFE Programme (Numru tal-Proġett: 101148772), li qed jitwettaq f'Ċipru, Malta u l-Portugal. Din l-inizjattiva qed tibni fuq is-suċċess tal-LIFE FOOTPRINT, li kien ġie inawgurat għall-ewwel darba bħala pjattaforma li tlaqqa' donaturi tal-ikel ma' dawk li jeħtieġu għajnuna biex inaqqsu l-ħela tal-ikel. Bħalissa, Food Connect qed timxi pass ieħor 'l quddiem.
Ingħaqad magħna fil-ġlieda kontra l-ħela tal-ikel! Jekk inti ristorant, ħanut, kumpanija, organizzazzjoni, jew negozju fis-settur tal-Ikel u l-Ospitalità jew l-Agrikoltura, jew saħansitra organizzazzjoni ta’ servizz komunitarju (CSO), bank tal-ikel, korp pubbliku, jew muniċipalità, tista’ tirreġistra bħala donatur jew riċevitur u tagħmel differenza reali fil-komunità tiegħek. Jekk inti riċevitur individwali, il-pjattaforma tagħna tagħmilha faċli biex issib donazzjonijiet disponibbli fil-qrib.
Ejja naħdmu flimkien sabiex innaqqsu l-ħela tal-ikel waqt li, fl-istess ħin, ngħinu lil dawk li jinsabu fid-diffikultà. Flimkien, nistgħu nagħmlu impatt fuq il-pjaneta u ħajjitna!
Il-Proġett Food Connect
Tgħallem aktar dwar Foodconnect
Issieħeb mal-Kawża Tagħna
Għażel jekk tixtieqx tkun donatur jew li tirċievi donazzjonijiet ta' ikel
Donatur
Il-kumpanija tiegħek tixtieq tħalli effett pożittiv fil-komunità billi tnaqqas il-ħela ta' ikel u tgħin lil min hu fil-bżonn. Dan hu pass faċli biex tagħti xi ħaġa lura fis-soċjetà waqt li tkun qed tagħmel differenza fil-ħajja ta' dak li jkun.
Irreġistra Bħala DonaturBenefiċjarju individwali
Aħna qed nibnu komunità aħjar u rridu nassiguraw li ma jkunx hawn ħela ta' ikel. Irridu li l-ikel li insalvaw jasal għand min tassew għandu bżonnu. Irreġistra bħala benefiċjarju u itlob ikel b'xejn mingħand ħwienet lokali.
Irreġistra bħala benefiċjarju individwaliOrganizzazzjoni benefiċjarja
Irreġistra issa ħalli tibda tirċievi ikel ta' kwalità għall-organizzazzjoni tiegħek, b'xejn, biex tkun f'qagħda aħjar li tgħin aħjar l-individwi u l-familji fil-bżonn li l-organizzazzjoni tappoġġja. B'dan il-mod tkun qed tgħin titnaqqas il-ħela u r-rimi tal-ikel li għadu tajjeb. Tkun qed tgħin ukoll lill-komunità lokali.
Irreħistra bħala organizzazzjoni li se tirċievi donazzjonijiet ta' ikel